Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Mejju 2019 – Cabinet de avocat UR vs Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti et

(Kawża C-424/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabinet de avocat UR

Konvenuti: Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice prin Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Sector 3 a Finanţelor Publice, MJ, NK

Domandi preliminari

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “persuna taxxabbli” fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 jinkludi wkoll il-persuni li jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat?

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jippermetti li jkun hemm derogi, fil-kuntest ta’ proċedura sussegwenti, mill-awtorità ta’ res judicata li minnha tgawdi deċiżjoni ġudizzjarja definittiva li permezz tagħha ġie stabbilit essenzjalment li, konformement mal-applikazzjoni u mal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali dwar il-VAT, avukat ma jikkunsinnax oġġetti, ma jwettaqx attività ekonomika u ma jikkonkludix kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi, iżda kuntratti ta’ assistenza ġuridika?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.