Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Galaţi (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Mejju 2019 – XU et vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA u Credit Europe Bank

(Kawża C-364/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Galaţi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC

Konvenuti: SC Credit Europe Ipotecar IFN SA u Credit Europe Bank NV

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 1 , kif ġew analizzati fis-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2017, Andriciuc et, C-186/16, EU:C:2017:703, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha, fil-preżenza ta’ klawżola dwar ir-riskju tal-kambju li tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali, tanalizza bi prijorità r-rilevanza tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva, jew tanalizza l-osservanza mill-professjonist tal-obbligu ta’ informazzjoni li huwa rregolat mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva, mingħajr ma twettaq analiżi minn qabel tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva?

L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li l-konsumatur jiġi informat, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, il-professjonist jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva, b’tali mod li l-klawżola kuntrattwali dwar ir-riskju tal-kambju, li tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali, tiġi eskluża mill-analiżi tan-natura inġusta?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).