Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – Benedetti Pietro e Angelo S.S. et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

(Kawża C-377/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Benedetti Pietro e Angelo S.S., Capparotto Giampaolo e Lorenzino S.S., Gonzo Dino S.S., Soc. Agr. Semplice F.lli Isolan, Mantovani Giuseppe e Giorgio S.S., Azienda Agricola Padovani Luigi, Az. Agr. La Pila di Mastrotto Piergiorgio e C. S.S., Azienda Agricola Mastrotto Giuseppe

Konvenuta: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

Domanda preliminari

F’sitwazzjoni bħalma hija dik deskritta, l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 1 jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 9 tad-Digriet Liġi Nru 49/2003 moqri flimkien mal-Artikolu 2(3) tad-Digriet Liġi Nru 157/2004 tal-24 ta’ Ġunju 2004, li tipprevedi, bħala kriterju għall-identifikazzjoni tal-kategorija prijoritarja li lilha għandha tiġi rrestitwita imposta indebitament irċevuta, dak ta’ jekk ix-xerrej wettaqx ħlas regolari ta’ kull xahar?

____________

1     Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 43, p. 333).