Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fis-7 ta’ Ġunju 2019 – Vodafone España S.A.U. vs Diputación Foral de Guipúzcoa

(Kawża C-443/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone España S.A.U.

Konvenuta: Diputación Foral de Guipúzcoa

Domanda preliminari

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi 1 u d-dispożizzjonijiet relatati u komplementari għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lir-Renju ta’ Spanja u, b’mod partikolari, lit-territorju storiku fiskalment awtonomu tal-provinċja ta’ Guipúzcoa, milli jissuġġetta d-dritt tal-użu ta’ frekwenzi tar-radju mill-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet – li huwa diġà suġġett għal dik li hija magħrufa bħala taxxa fuq l-ispekrum – għat-taxxa ġenerali fuq trasferimenti ta’ kapital u atti legali dokumentati li tapplika ġeneralment għall-konċessjonijiet amministrattivi ta’ assi pubbliċi, bi qbil man-normativa foral (liġi lokali) li tirregola l-imsemmija taxxa?

____________

1 Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.