Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2019 – Roberto Abate SpA vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-416/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Roberto Abate SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domanda preliminari

Il-paragrafu 1223 tal-artikolu uniku tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006 (issa l-Artikolu 16bis(11) tal-Liġi Nru 11 tal-4 ta’ Frar 2005) u d-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-23 ta’ Mejju 2007, huma kompatibbli mal-ordinament ġuridiku Komunitarju, fid-dawl tal-Artikolu 108(3) TFUE, kif interpretat mill-ġurisprudenza Deggendorf, mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2008)380 u mal-prinċipju Komunitarju ta’ proporzjonalità?

____________