Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Watford Employment Tribunal (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – K et vs Tesco Stores Ltd

(Kawża C-624/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Watford Employment Tribunal (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K et

Konvenuta: Tesco Stores Ltd

Domandi preliminari

L-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu effett dirett fil-każ ta’ talbiet għal kumpens imressqa fuq il-bażi li r-rikorrenti qegħdin iwettqu xogħol ta’ valur ugwali għal dak tal-ħaddiema li jwettqu xogħol paragunabbli għal tagħhom?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva, it-test ta’ sors uniku għal paragunabbiltà fl-Artikolu 157 huwa distint mill-kwistjoni ta’ valur ugwali, u jekk dan ikun il-każ, dan it-test għandu effett dirett?

____________