Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Awwissu 2019 – Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) vs Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C.

(Kawża C-608/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL)

Parti oħra fil-proċedura: Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C.

Domandi preliminari

Ir-regoli fil-qasam tal-għoti tal-għajnuna li jinsabu fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-impriża li tagħmel it-talba u li taqbeż il-limitu massimu awtorizzat minħabba l-kumulu mal-assistenza finanzjarja preċedenti, tista’ tagħżel, sal-ħlas effettiv tal-assistenza finanzjarja mitluba, it-tnaqqis tal-finanzjament (permezz ta’ emenda jew ta’ varjant tal-proġett) jew ir-rinunzja (sħiħa jew parzjali) għal assistenzi finanzjarji preċedenti, possibbilment diġà riċevuti, sabiex tosserva l-imsemmi limitu massimu? U dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-diversi għażliet ippreżentati (varjant jew rinunzja) huma validi anki jekk dawn ma humiex previsti b’mod espress mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew mill-avviż pubbliku dwar l-għoti tal-għajnuna?

____________

1     Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU 2013, L 352, p. 1).