Appell ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 minn Jakov Ardalic et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-30 ta’ April 2019 fil-Kawżi T-523/16 u T-542/16, Ardalic et vs Il-Kunsill

(Kawża C-518/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jakov Ardalic, Liliana Bicanova, Monica Brunetto, Claudia Istoc, Sylvie Jamet, Despina Kanellou, Christian Stouraitis, Abdelhamid Azbair, Abdel Bouzanih, Bob Kitenge Ya Musenga, El Miloud Sadiki, Cam Tran Thi (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni li ma jibqa’ jingħata ebda leave għal raġuni ta’ distanza u l-ebda rimbors għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti mis-sena 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’diversi żbalji ta’ liġi.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 65 u 73 tas-sentenza billi llimitat il-portata tal-istħarriġ ġuridiku li hija għandha twettaq għall-każijiet “manifesti” biss.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 68 sa 71 tas-sentenza meta ddeċidiet li r-rikorrenti ma kinux f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-aġenti li żammew il-benefiċċju tal-leave għal raġuni ta’ distanza u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tagħhom.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet fil-punti 67 u 78 sa 84 tas-sentenza li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

____________