Appell ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 minn Kiku GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ April 2019 fil-Kawża T-765/17, Kiku GmbH vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

(Kawża C-444/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kiku GmbH (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie

B’digriet tas-16 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla għall-ammissjoni tal-appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________