Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fl-20 ta’ Settembru 2019 – Rádio Popular – Eletrodomésticos, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-695/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rádio Popular – Eletrodomésticos, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

It-tranżazzjonijiet ta’ intermedjazzjoni fil-bejgħ ta’ estensjonijiet ta’ garanzija fuq apparati elettrodomestiċi, imwettqa minn persuna suġġetta għall-VAT li l-attività prinċipali tagħha hija l-bejgħ ta’ apparati elettrodomestiċi lill-konsumatur, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet finanzjarji jew huma ekwiparabbli għalihom bis-saħħa tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’effett tal-esklużjoni tal-ammont ta’ kalkolu tiegħu tal-pro rata tat-tnaqqis, skont l-Artikolu 135(1)(b) u/jew (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60 u fil-ĠU 2018, L 329, p. 53.