Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Vâlcea (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Settembru 2019 – SC Valoris SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea, Administraţia Fondului pentru Mediu

(Kawża C-677/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Vâlcea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Valoris SRL

Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea, Administraţia Fondului pentru Mediu

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(2) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 52/2017 (id-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 52/2017), li jistabbilixxi terminu ta’ dekadenza ta’ madwar sena għat-tressiq ta’ talbiet ta’ rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix tali terminu għall-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors tas-somom miġbura bi ksur tar-regoli interni?

____________