Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi (il-Polonja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – K.S. vs A.B.

(Kawża C-707/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.S.

Konvenut: A.B.

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-“miżuri kollha xierqa”, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li r-responsabbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tkun tkopri d-danni kollha, inkluż il-konsegwenzi tad-danni relatati mal-bżonnijiet ta’ rmork tal-vettura tal-vittma lejn il-pajjiż ta’ oriġni ta’ din u l-ispejjeż relatati mal-bżonn li jiġu pparkjati l-vetturi?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tista’ tillimita, bi kwalunkwe mod, din ir-responsabbiltà?

____________

1     ĠU 2009, L 263, p. 11.