Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-772/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (C del M)

(Kawża C-713/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ramón Guiral Broto (rappreżentant: A. Sirimarco, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: Café del Mar, SC, José Les Viamonte, Carlos Andrea González u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Ramón Guiral Broto għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________