Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social n°41 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2019 – JL vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

(Kawża C-841/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JL

Konvenut: Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE 1 u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/54/KE 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni [ta’] Stat Membru […], bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-bażi retributtiva tal-ħaddiem impjegat fuq bażi part-time, li hija diġà mnaqqsa minħabba li l-impjieg tiegħu huwa part-time, titnaqqas għat-tieni darba fil-mument tal-kalkolu tal-ammont tar-responsabbiltà tal-FOGASA 3 fil-konfront tal-imsemmi ħaddiem impjegat fuq bażi part-time fis-sens tal-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, fil-mument li tittieħed inkunsiderazzjoni l-imsemmija natura ta’ xogħol part-time, meta mqabbel ma’ ħaddiem impjegat fuq bażi full-time li jinsab f’sitwazzjoni analoga, u sa fejn tali leġiżlazzjoni tippreġudika b’mod partikolari lill-ħaddiema ta’ sess femminil meta mqabbla mal-ħaddiema ta’ sess maskil?

____________

1  Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).

2  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).

3  Fondo de Garantía Salarial.