Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-26 ta’ Novembru 2019 – Prefettura Ufficio territoriale del governo di Firenze vs TB

(Kawża C-871/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prefettura Ufficio territoriale del governo di Firenze

Konvenut: TB

Domanda preliminari

L-Artikolu 15 [(7) tar-Regolament Nru 3821/85 1 ] jista’ jiġi interpretat, fil-każ speċifiku tas-sewwieq tal-vettura, fis-sens li jipprevedi aġir komplessiv wieħed li u konsegwentement it-twettiq ta’ ksur wieħed u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni waħda, jew tista’ twassal, billi tapplika kumulu materjali, għal daqstant ksur u sanzjonijiet daqs kemm ikun hemm ġranet li fihom il-karti ta’ reġistrazzjoni tat-takografu ma jkunux ġew prodotti, fil-kuntest tal-perijodu ta’ żmien previst (“il-jum kurrenti u t-28 jum ta’ qabel”)?

____________

1 -Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1. p. 227 ).