Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Land Nordrhein-Westfalen vs D.-H. T. li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J & S Service UG

(Kawża C-620/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent f’azzjoni ta’ reviżjoni: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenut f’azzjoni ta’ reviżjoni: D.-H. T. li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J & S Service UG

Intervenjent: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

L-Artikolu 23(1)(j) tar-Regolament (UE) 2016/679 1 huwa intiż sabiex jipproteġi wkoll l-interessi tal-amministrazzjoni fiskali?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-espressjoni “l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili” tkopri wkoll id-difiża tal-amministrazzjoni fiskali mill-pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili u dawn il-pretensjonijiet għandhom ikunu diġà ġew invokati?

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament 2016/679 dwar il-protezzjoni ta’ interess finanzjarju importanti ta’ Stat Membru fil-qasam fiskali tippermetti li d-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament jiġi limitat fil-kuntest tad-difiża ta’ pretensjonijiet għall-evitar ta’ insolvenza taħt id-dritt ċivili kontra l-amministrazzjoni fiskali?

____________

1     Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).