Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra MN

(Kawża C-813/19 PPU) 1

(Rinviju preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA – Artikolu 6(1) – Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja li torħroġ il-mandat” – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-En-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

MN

Fil-preżenza ta’: RJA, RJO, FD, BG, PG, KL, LK, MJ, NI, OH

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-maġistrati tal-prosekuzzjoni Franċiża, imqegħda taħt id-direzzjoni u l-kontroll tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom kif ukoll taħt l-awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja abbażi ta’ regoli statutorji u organizzattivi li huma suġġetti għalihom, peress li l-istatus tagħhom jikkonferilhom garanzija ta’ indipendenza, b’mod partikolari fir-rigward tas-setgħa eżekuttiva, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għandha tibbenefika minnha persuna li jkun inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew kontriha għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali huma soddisfatti meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat, il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ dan il-mandat u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonata tiegħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju f’dan l-Istat MEmbru.

____________

1     ĠU C 19, 20.1.2020.