Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tat-3 ta’ Marzu 2020 – Pink Lady America vs CPVO)

(Kawża C-886/19 P)

“Appell – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Ammissjoni tal-appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni għall-unità, il-koerenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”

Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, il-koerenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għall-ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)

(ara l-punti 12 sa 15)

Dispożittiv

1)

L-appell ma huwiex ammess.

2)

Pink Lady America LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha.