Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gera (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Novembru 2019 – Toropet Ltd. vs Landkreis Greiz

(Kawża C-836/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Gera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Toropet Ltd.

Konvenut: Landkreis Greiz

Domandi preliminari

L-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorizzazzjoni inizjali bħala materjal tal-kategorija 3 tintilef meta dan il-materjal ma jibqax xieraq għall-konsum mill-bniedem minħabba dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament?

L-Artikolu 10(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorizzazzjoni inizjali bħala materjal tal-kategorija 3 għal prodotti li joriġinaw mill-annimali jew għal ikel li jinkludi tali prodotti tintilef meta l-proċessi ta’ dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament sussegwenti ta’ dan il-materjal ikunu ta’ riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali?

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 9(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv fis-sens li l-materjal li tħallat ma’ korpi estranji bħal serratura għandu jiġi kkategorizzat bħala materjal tal-kategorija 2 biss jekk ikun materjal li għandu jiġi pproċessat u li huwa intiż għall-għalf tal-annimali?

____________

1     ĠU 2009, L 300, p. 1.