Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tat-18 ta’ Marzu 2020 – European Food vs EUIPO

(Kawża C908/19 P)

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissjoni preliminari tal-appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għall-ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni mqajma mill-appell għall-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”

1.      Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a)

(ara l-punt 12)

2.      Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a u 170b)

(ara l-punti 13 sa 16)

3.      Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għall-ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a u 170b)

(ara l-punti 17 sa 22)

Dispożittiv

1)

L-appell ma huwiex ammess.

2)

European Food SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.