Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-12 ta’ Frar 2020 – Anklagemyndigheden vs VAS Shipping ApS

(Kawża C-71/20)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anklagemyndigheden

Konvenuta: VAS Shipping ApS

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lil ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jagħmlu parti minn ekwipaġġ ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat, proprjetà ta’ sid ta’ bastiment li huwa ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, ikollhom permess ta’ xogħol, ħlief jekk il-bastiment jidħol fil-port tal-Istat Membru kkonċernat għal massimu ta’ 25 darba kkalkolati kontinwament matul il-perijodu tas-sena preċedenti?

____________