Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 minn Esim Chemicals GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-713/18 – Esim Chemicals vs EUIPO

(Kawża C-902/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Esim Chemicals GmbH (rappreżentanti: I. Rungg, Rechtsanwalt, I. Innerhofer, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-3 ta’ Marzu 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla li tiddetermina jekk għandhomx jistemgħu appelli) ddeċidiet li l-Appell ma għandux jinstema’ u li Esim Chemicals GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess.

____________