Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-23 ta’ Diċembru 2019 Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-935/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupa Warzywna Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Domanda preliminari

Oneru fiskali addizzjonali bħal dak previst fil-formulazzjoni tal-Artikolu 112b(2) tal-Liġi dwar il-VAT huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 (b’mod partikolari l-Artikolu 2, l-Artikolu 250 u l-Artikolu 273), mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 325 TFUE u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?

____________

1 ĠU 2006, L 347 p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, u fil-ĠU 2018, L 329, p. 53.