Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Schwechat (l-Awstrija) fil-25 ta’ Frar 2020 – JU vs Air France Direktion für Österreich

(Kawża C-93/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Schwechat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JU

Konvenuta: Air France Direktion für Österreich

Domandi preliminari

L-Artikolu 31(2) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ ħsara f’bagalja tal-istiva li tkun seħħet abbord l-ajruplan jew matul il-perijodu ta’ żmien li fih il-bagalja tal-istiva kienet taħt ir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru, din il-ħsara għandha, fil-każ ta’ kunsinna tardiva, tiġi indikata f’kull każ lit-trasporatur tal-ajru fi żmien sebat’ijiem mill-kunsinna tal-bagalja lid-destinatarju tagħha, b’tali mod li, fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni u sakemm dan tal-aħħar ma jkunx aġixxa b’mod frawdolenti, tkuna prekluża kull azzjoni kontra t-trasportatur tal-ajru?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 31(2) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ ħsara f’bagalja tal-istiva li tkun seħħet abbord l-ajruplan jew matul il-perijodu ta’ żmien li fih il-bagalja tal-istiva kienet taħt ir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru, din il-ħsara għandha, fil-każ ta’ kunsinna tardiva, tiġi indikata lit-trasporatur tal-ajru fi żmien wieħed u għoxrin jum mill-kunsinna tal-bagalja lid-destinatarju tagħha, b’tali mod li, fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni u sakemm dan tal-aħħar ma jkunx aġixxa b’mod frawdolenti, tkun prekluża kull azzjoni kontra t-trasportatur tal-ajru?

____________

1     Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491).