Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 minn Hästens Sängar AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Dicembru 2019 fil-Kawża T-658/18 – Hästens Sängar vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ disinn bil-kwadri)

(Kawża C-74/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Hästens Sängar AB (rappreżentanti: M. Johansson, advokat, R. Wessman, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Hästens Sängar AB għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________