Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2020 – F. Reyher Nchfg. GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-419/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Reyher Nchfg. GmbH & Co. KG, irrappreżentata mis-soċju ta’ ġestjoni tagħha l-Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg. mbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Domanda preliminari

Il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt għall-ħlas tal-interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, jirriżulta wkoll meta awtorità nazzjonali timponi dazji skont id-dritt tal-Unjoni iżda qorti nazzjonali tikkonstata sussegwentement li l-kundizzjonijiet konkreti għall-impożizzjoni ta’ dawn id-dazji ma jkunux issodisfatti?

____________