Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2007 - Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Hösgen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità Investita bis-Setgħa tal-Ħatra, tat-18 ta' April 2007, dwar l-ilment tar-rikorrent (Nru R/16/07);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, uffiċjal irtirat tal-Kummissjoni Ewropea, huwa responsabbli minn bintu li hija pparalizzata, u li għaldaqstant għandha bżonn wheel chair. Skond ir-rikorrent, il-wheel chair il-qadim ma jistax jintuża iktar peress li nkiser bl-użu. Konsegwentement, huwa talab li l-Kummissjoni tassumi l-ispejjeż għax-xiri ta' wheel chair ġdid. Il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba.

Ir-rikorrent jinvoka l-ksur tad-drittijiet tiegħu taħt l-Artikoli 72 u 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u tal-punt 4(f) tat-Titolu XII ta' l-Anness I tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-riskji ta' mard.

____________