Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2008 - Baniel-Kubinova et vs Il-Parlament

(Kawża F-131/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbora Baniel-Kubinova (Il-Lussemburgu, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament Ewropew li ma tingħatax lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum stipulata fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur ta' l-Artikolu 71 tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' l-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

____________