Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 - Sluiter vs Europol

(Kawża F-68/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Rudolf Sluiter (Hillegom, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li permezz tagħha l-Europol informa lir-rikorrent li ma kellu ebda possibbiltà li joffrilu impjieg permanenti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrent li ma kellu ebda possibbiltà li joffrilu impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta' April 2008 li tiċħad l-appell imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni u d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tikkonferma d-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________