Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' April 2008 - Dragoman vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/07)

(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni - Ġurija - Prinċipju ta' l-imparzjalità tal-ġurija - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali ta' kandidati interni u esterni - Eliminazzjoni ta' kandidat - Obbligu ta' motivazzjoni - Portata - Osservanza tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-ġurija)

Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Adriana Dragoman (Brussell, il-Belgju) [rappreżentant: G.-F. Dinulescu, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: K. Herrmann, F. Telea u M. Velardo, aġenti]

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ġurija tal-kompetizzjoni EPSO/AD/34/05 (intiża sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' interpreti tal-lingwa Rumena) li fihom ġie deċiż li, għall-ewwel eżami ta' interpretazzjoni tar-rikorrenti, tingħata marka li ma tippermettix lir-rikorrenti tagħmel l-eżamijiet sussegwenti ta' l-imsemmija kompetizzjoni - Eċċeżżjoni ta' illegalità ta' l-Artikolu 6 ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________