Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 - Wenig vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-80/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Wenig (Woluwe Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: G.-A Dal, D. Voillemot u D. Bosquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi lir-rikorrent u li tordna li tinżamm is-somma ta' EUR 1000 fix-xahar mir-remunerazzjoni tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2008 li tissospendi lir-rikorrent u li tordna li tinżamm is-somma ta' EUR 1000 fix-xahar mir-remunerazzjoni tiegħu, u dan skont l-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________