Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 - Duta vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-103/07)1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Référendaire - Artikolu 2(ċ) tal-KIIO - Att li jikkawża preġudizzju - Rabta ta' fiduċja)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Radu Duta (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Krieg, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: M. Schauss, aġent]

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta' Ġunju 2007 tal-"Kummissjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza kompetenti biex tiddeċiedi dwar l-ilmenti" li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent għal pożizzjoni ta' référendaire ma' mħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens simboliku ta' euro għad-dannu sostnut.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 315, 22.12.2007, p. 45 u ĠU C 79, 29.03.2008, p. 39 (rettifika)