Rikors ippreżentat fis-6 ta' Mejju 2008 - Thoss vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-46/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nicole Thoss (Dommeldange, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-20 ta' Marzu 2006 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti, wara l-mewt tar-raġel tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-20 ta' Marzu 2006, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2290/77 u d-deċiżjoni sussegwenti tat-28 ta' Settembru 2006;

tordna lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sabiex tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2290/77, b'effett retroattiv mill-1 ta' Diċembru 2003;

tikkundanna lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għall-ispejjeż.

____________