Rikors imressaq fit-8 ta' Ottubru 2007 -Tomas vs Il-Parlament

(Kawża F-116/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Kerkrade, l-Olanda) (rappreżentant: M. Michalauskas, avocat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi r-rikorrent safejn din ma ġietx annullata mid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, jew tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment safejn din ma annullatx id-deċiżjoni ta' tkeċċija;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent s-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens tad-dannu morali u materjali li huwa ssubixxa;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet it-tkeċċija tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu subit. In sostenn tar-rikors tiegħu, huwa jinvoka abbuż ta' funzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra, il-ksur ta' diversi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll il-ksur ta' l-Artikolu 19 tal-Kodiċi Ewropew ta' Prattika Amministrativa Tajba, il-ksur tal-prinċipju ta' ħarsien tad-drittijiet tad-difiża u ta' amministrazzjoni tajba u l-ksur ta' l-obbligu ta' premura mill-Parlament.

____________