Rikors ippreżentat fl-24 ta' April 2009 - Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maddalena Lebedef-Caponi (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrenti għas-sena 2007.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________