Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament ta' memorandum li permezz tiegħu l-Kummissjoni tħabbar l-intenzjoni tagħha li tirkrupa kreditu relatat ma' spejjeż proċedurali permezz ta' tnaqqis tal-pensjoni ta' invalidità mħallsa lir-rikorrent, u talba ta' kumpens għad-dannu morali u eżistenzjali kkawżat minn dan il-memorandum.

Talbiet tar-rkorrent

tannulla l-memorandum tat-28 ta' Marzu 2008, kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata;

tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment tad-19 ta' April 2008;

tannulla, safejn huwa neċessarju, il-memorandum tal-11 ta' Awwissu 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrent id-dannu morali u eżistenzjali kkawżat lilu mill-atti li tagħhom huwa mitlub l-annullament permezz ta' dan ir-rikors, għal ammont ta' EUR 10 000, jew dik is-somma akbar jew inqas li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġusta u ekwa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________