DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA
TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

30 ta’ Ġunju 2008

Kawża F-59/07

Pierre-Alexis Feral

vs

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu P. Feral jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Amministrazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, tas-26 ta’ Lulju 2006, intiża li jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa lilu b’applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fuq il-parti tar-remunerazzjonijiet tiegħu ttrasferiti fi Franza minn Marzu 2003 sa Mejju 2005 u tad-deċiżjoni ta’ dan id-direttur, tal-4 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi din is-somma bħala EUR 3 600.16, kif ukoll il-kundanna tal-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallsu lura din is-somma flimkien mal-interessi moratorji, sabiex iħallsu, flimkien mal-interessi moratorji, is-somma li huwa kellu jitħallas minħabba l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fuq il-parti tar-remunerazzjonijiet tiegħu li kellhom jiġu ttrasferiti fi Franza sa minn Ġunju 2005, u sabiex jerġa’ jibda jittrasferixxi parti mir-remunerazzjonijiet tiegħu lejn Franza, b’applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑59/07, Feral vs Il-Kumitat tar-Reġjuni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kumitat tar-Reġjuni jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 750, sabiex jitħallsu nofs l-ispejjeż li saru minnu. Ir-rikorrent ibati l-kumplament tal-ispejjeż tiegħu. Il-Kumitat tar-Reġjuni jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)