Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2009 - Lenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erika Lenz (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Römer u V. Lenz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta' Mejju 2009, li ma jiġux rimborsati l-ispejjeż marbuta mat-trattament mediku li r-rikorrenti rċeviet minn "Heilpraktiker".

Talbiet tal-partijiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-4 ta' Mejju 2009, fil-forma tad-deċiżjoni dwar l-ilment tat-8 ta' Lulju 2009 u tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors ta' 85 % tal-ispejjeż tal-"Heilpraktiker", li jammontaw għal EUR 297, u għalhekk għar-rimbors ta' EUR 253,

tiddikjara li l-konvenuta għandha tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż mediċi kollha sostnuti mill-1 ta' April 2009 bħala ħlasijiet pagabbli lil "Heilpratiker",

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża u d-drittijiet tal-avukat tar-rikorrenti fil-kawża u qabel il-kawża.

____________