Rikors ippreżentat fid-9 ta' Marzu 2009 - Juvyns vs Il-Kunsill

(Kawża F-20/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Juvyns (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jippromwovu għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu li jiġu promossi.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu li jiġu promossi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________