DIGRIET TAL-PRESIDENT
TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

30 ta’ Jannar 2008

Kawża F-64/07 R

S

vs

Il-Parlament Ewropew

“Servizz pubbliku – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att – Urġenza – Assenza”

Suġġett: Talba, imressqa skont l-Artikoli 242 KE, 243 KE, 157 KEEA u 158 KEEA, li permezz tagħha S jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament, tas-27 ta’ Lulju 2006, li tittrasferih lejn Brussell, bħala konsulent tad-Direttur Ġenerali tal-Informazzjoni.

Deċiżjoni: It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. L-ispejjeż huma rriżervati.

Sommarju

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli

(Artikoli 242 KE u 243 KE;Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 102(2))

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 102(2))

1.      In-natura urġenti ta’ talba għal miżuri provviżorji għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-bżonn li tingħata deċiżjoni provviżorja sabiex jiġi evitat li jiġi kkawżat dannu gravi u irreparabbli lill-parti li qed titlob il-miżura provviżorja. Hija din tal-aħħar li għandha ġġib il-provi li hija ma tistax tistenna l-eżitu tal-kawża prinċipali mingħajr ma tbati dannu ta’ dan it-tip. Jekk huwa minnu li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali dannu, ma huwiex neċessarju li jiġi stabbilit b’ċertezza assoluta s-seħħ tad-dannu u li huwa biżżejjed li dan ikun prevedibbli b’livell ta’ probabbiltà suffiċjenti, jibqa l-fatt li r-rikorrent għandu jressaq provi tal-fatti li allegatament jiġġustifikaw il-probabbiltà ta’ dannu gravi u irreparabbli.

(ara l-punti 30 u 31)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 1 ta’ Lulju 1999, Samper vs Il‑Parlament, T‑111/99 R, ĠabraSP p. I‑A‑111 u II‑609, punt 38; 7 ta’ Diċembru 2001, Lior vs Il‑Kummissjoni, T‑192/01 R, Ġabra p. II‑3657, punt 49; 6 ta’ Diċembru 2002, D vs BEI, T‑275/02 R, ĠabraSP p. I‑A‑259 u II‑1295, punti 59 u 60

2.      Skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, it-talbiet għal miżuri provviżorji għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari, ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt li jiġġustifikaw prima facie (fumus boni juris) l-għoti tal-miżuri mitluba minnhom.

(ara l-punt 38)