Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ottubru 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal investigazzjoni - Rifjut min-naħa ta' istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni fil-lingwa magħżula mir-rikorrent - Inammissibbiltà manifesta - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tar-rikorrent li ssir investigazzjoni fir-rigward ta' ċerti avvenimenti li seħħew matul il-perijodu li fih ġie stazzjonat mad-delegazzjoni tagħha fl-Angola - Talba li jiġu kkomunikati l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni - Annullament tad-deċiżjoni li ma tiġix tradotta nota fil-lingwa magħżula mir-rikorrent - Talba għad-danni.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors ta' L. Marcuccio huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat fid-dritt

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008, p. 65