Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Diċembru 2010 - Almeida Campos et vs Il-Kunsill

(Kawża F-14/09)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2008 - Eżami komparattiv tal-merti ta' amministraturi assenjati għall-postijiet tal-lingwa u amministraturi assenjati għall-postijiet ġenerali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Maria Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, G. Kimberley, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 skont il-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, safejn meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, skont l-istess proċedura ta' promozzjoni, l-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista ta' uffiċjali promossi ppubblikata fil-Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 72/08 tal-21 ta' April 2008.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċaħad li jiġu promossi għall-grad AD 12 is-Sinjuri Almeida Campos, Dariol, Morello u Verstreken skont il-proċedura ta' promozzjoni 2008 huma annullati.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.09, p. 40