Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 - Doyle vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża F-37/09) 1

"Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-persunal li japplikaw għall-impjegati tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta' difiża"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Margaret Doyle (Noordwijkerhout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. De Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li ssirilha offerta ta' impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjuta li jagħti kuntratt għal żmien indeterminat lil M. Doyle hija annullata.

Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009, p. 26.