SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

30 ta’ Novembru 2009

Kawża F-16/09

Jorge de Britto Patrício-Dias

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2007 – Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal – Motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti mill-perijodu ta’ riferiment”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu J. de Britto Patrício-Dias jitlob l-annullament tar‑rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tiegħu għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2007 u tad-deċiżjoni tal‑Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-ilment tiegħu kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera hawn fuq imsemmi.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall‑ispejjeż.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Rigress fl‑evalwazzjoni b’paragun mal-evalwazzjoni ta’ qabel – Obbligu ta’ motivazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 25 u 43)

2.      Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport tal-iżvilupp tal-karriera – Obbligu li l-evalwazzjoni ssir għall-perijodu ta’ riferiment kollu

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

1.      Ir-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera, li ma jikkostitwixxux deċiżjonijiet fis-sens tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, huma rregolati mid-dispożizzjonijiet speċjali previsti fl-Artikolu 43 tagħhom. Madankollu, l-amministrazzjoni għandha l-obbligu li timmotiva kull rapport tal-iżvilupp tal-karriera b’mod suffiċjenti u sostanzjat u li tqiegħed lill-parti kkonċernata f’pożizzjoni li tagħmel osservazzjonijiet fuq din il-motivazzjoni, filwaqt li l-osservanza ta’ dawn ir‑rekwiżiti jassumu importanza ikbar meta l-evalwazzjoni tikkonstata rigress b’paragun mar-rapport tal-evalwazzjoni ta’ qabel. Meta r-rigress fl-evalwazzjoni jkun limitat, l-amministrazzjoni tista’ twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni billi tissostanzja dan ir-rigress b’mod konċiż, pereżempju billi tintroduċi riżervi fl‑evalwazzjonijiet analitiċi tas-servizzi pprovduti mill-parti kkonċernata meta mqabbla mal-evalwazzjonijiet li jidhru fir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ qabel.

(ara l-punt 45)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 25 ta’ Novembru 1976, Küster vs Il-Parlament, 122/75, Ġabra p. 1685, punti 24 u 25

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 12 ta’ Ġunju 2002, Mellone vs Il-Kummissjoni, T‑187/01, ĠabraSP p. I‑A‑81 u II‑389, punt 27, u l-ġurispruenza ċċitata; 30 ta’ Settembru 2004, Ferrer de Moncada vs Il‑Kummissjoni, T‑16/03, ĠabraSP p. I‑A‑261 u II‑1163, punt 56; 25 ta’ Ottubru 2005, Micha vs Il-Kummissjoni, T‑50/04, ĠabraSP p. I‑A‑339 u II‑1499, punt 36

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 13 ta’ Diċembru 2007, Sequeira Wandschneider vs Il-Kummissjoni, F‑65/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 96; 10 ta’ Novembru 2009, N vs Il-Parlament, F‑93/08, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 82

2.      Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, adottati mill‑Kummissjoni, jirriżulta li r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera, li għandu l-għan li jevalwa l-kompetenza, l-effiċjenza, u l-kondotta fis-servizz ta’ uffiċjal, għandu jkopri l‑perijodu ta’ evalwazzjoni kollu u mhux biss parti minnu. Madankollu, jekk jitqies li l-evalwatur wettaq żball manifest meta llimita l-evalwazzjoni tiegħu tal‑effiċjenza tal-uffiċjal evalwat għal parti mill-perijodu ta’ evalwazzjoni, din l‑irregolarità ma hijiex ta’ natura li twassal għall-annullament tar-rapport tal‑iżvilupp tal-karriera ħlief sa fejn din ma tkunx ġiet ikkoreġuta mill-validatur jew mill-evalwatur tal-appell, li huma evalwaturi b’setgħa sħiħa ta’ evalwazzjoni.

(ara l-punti 52 u 56)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 5 ta’ Novembru 2003, Lebedef vs Il‑Kummissjoni, T‑326/01, ĠabraSP p. I‑A‑273 u II‑1317, punt 61; 25 ta’ Ottubru 2005, Fardoom u Reinard vs Il-Kummissjoni, T‑43/04, ĠabraSP p. I‑A‑329 u II‑1465, punt 90

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 25 ta’ April 2007, Lebedef-Caponi vs Il‑Kummissjoni, F‑71/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 48; 13 ta’ Diċembru 2007, Sequeira Wandschneider vs Il‑Kummissjoni, F‑28/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punti 43 u 48; 15 ta’ Diċembru 2008, Skareby vs Il‑Kummissjoni, F‑34/07, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 58, li hija suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tall-Prim’Istanza, Kawża T‑91/09 P