DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

10 ta’ Novembru 2009

Kawża F-14/08 DEP

X

vs

Il-Parlament Ewropew

“Proċedura – Intaxxar tal-ispejjeż”

Suġġett: Rikors għall-intaxxar tal-ispejjeż ippreżentat minn X, skont l‑Artikolu 92 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, wara d-digriet tat-Tribunal tat-18 ta’ Diċembru 2008 (F‑14/08, X vs Il-Parlament, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000).

Deċiżjoni: L-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru minn X fil-kawża F‑14/08 huwa ffissat għal EUR 5 670, l-imsemmija somma tirrigwarda l‑interessi moratorji mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet sad‑data tal-ħlas. Ir-rata ta’ interessi li għandha tiġi applikata hija kkalkolata abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu msemmi iktar ’il fuq, miżjuda b’żewġ punti, bil‑kundizzjoni li ma tkunx ogħla mir-rata ta’ 6 % mitluba mir‑rikorrenti.

Sommarju

1.      Proċedura – Spejjeż – Tassazzjoni – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Kunċett

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 91(b))

2.      Proċedura – Spejjeż – Tassazzjoni – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 91(b))

3.      Proċedura – Spejjeż – Tassazzjoni – Interessi moratorji

1.      Mill-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jirriżulta li l-ispejjeż li jistgħu jinġabru huma limitati, minn naħa, għal dawk sostnuti għall-finijiet tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u, min-naħa l-oħra, għal dak li kienu indispensabbli għal dawn il-finijiet. Barra minn hekk, huwa r-rikorrent li għandu jippreżenta dokumenti ta’ sostenn ta’ natura li jistabbilixxu r-realtà tal-ispejjeż li huwa jitlob ir-rimbors tagħhom.

(ara l-punt 21)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza:  20 ta’ Novembru 2002, Spruyt vs Il-Kummissjoni, T‑171/00 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑225 u II‑1127, punt 22, 8 ta’ Lulju 2004, De Nicola vs BEI, T‑7/98 DEP, T‑208/98 DEP u T‑109/99 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑219 u II‑973, punt 42

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 16 ta’ Mejju 2007, Chatziioannidou vs Il‑Kummissjoni, F‑100/05 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 17

2.      Il-Qorti Komunitarja ma hijiex kompetenti sabiex tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom, imma biex tiddetermina l-ammont korrispondenti għal dawn ir-remunerazzjonijet li jistgħu jinġabru minn għand il‑parti kkundannata għall-ispejjeż. Meta tiddeċiedi fuq it‑talba għall-intaxxar tal‑ispejjeż, hija ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati u lanqas ftehim eventwali konkluż għal dan ir‑rigward bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha.

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ natura tariffarja applikabbli, hija għandha tevalwa liberament id-data tal-kawża, billi tieħu inkunsiderazzjoni s‑suġġett u n-natura tal-kontroversja, l-importanza tagħha mill-perspettiva tad-dritt Komunitarju kif ukoll id-diffikultajiet tal-kawża, l-ammont ta’ xogħol li l‑proċedura kontenzjuża setgħet tikkawża lill-aġenti jew lill‑konsulenti li intervenew u l-interessi ekonomiċi li l-kwistjoni kellha għall‑partijiet. Il-libertà ta’ evalwazzjoni tal-qorti Komunitarja tista’ twassalha biex tiffissa l-ispejjeż li jistgħu jinġabru għal ammont iżgħar minn dak li l-parti li hija obbligata ġġarrab il-piż tiegħu kienet lesta li tħallas lill-parti l-oħra.

(ara l-punti 22 u 23)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 8 ta’ Frar 2007, Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni, C‑3/06 P, Ġabra p. I‑1331, punti 61 u 62;

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: Spruy vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 25 u 26, De Nicola vs BEI, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32, 2 ta’ Ġunju 2009, Sison vs Il‑Kunsill, T‑47/03 DEP, Ġabra p. II‑1483, punt 48

It-Tribunal għas‑Servizz Pubbliku: Chatziioannidou vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20

3.      Ir-rikorrent għandu dritt għall-interessi moratorji fuq l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru ffissat mill-qorti, min-notifika tad-digriet li jiffissa l-ispejjeż sal‑ħlas effettiv tal-imsemmija spejjeż.

(ara l-punt 38)