Rikors ippreżentat fis-6 ta' Mejju 2010 - Costa vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-26/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Antonino Costa (Thionville, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta' promozzjoni 2009 u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallaslu somma għad-dannu morali kkawżat.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta' promozzjoni 2009, li ġiet innotifikata lilu fit-22 ta' Novembru 2009;
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta' Jannar 2010 li tiċħad l-ilment;
konsegwentement, tobbliga lill-konvenuta terġa' tibda l-proċedura ta' promozzjoni 2009, b'mod regolari, billi tinkludi lir-rikorrent;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta' EUR 25.000 bħala ħlas għad-dannu morali;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________