Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Fares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/09) 1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni fi grad - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Soukaïna Fares (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta' klassifikazzjoni tar-rikorrenti fil-grupp tal-funzjoni III, grad 8.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li biha S. Fares ġiet ikklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III tal-membri tal-persunal bil-kuntratt, kif din id-deċiżjoni tirriżulta mill-kuntratt ta' membru tal-persunal bil-kuntratt ta' S. Fares tat-28 ta' Marzu 2008, hija annullata.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 21.03.2009, p. 54.