DIGRIET TAT‑TRIBUNAL GĦAS‑SERVIZZ PUBBLIKU (L‑Ewwel Awla)

18 ta’ Frar 2009

Kawża F‑42/08

Luigi Marcuccio

vs

Il‑Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għal kumpens – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, essenzjalment, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tikkumpensah għad-dannu li rriżulta mill‑fatt li hija bagħtitlu nota fuq numru ta’ faks li ma kellhiex tuża.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi – Termini – Talba għal kumpens indirizzata lil istituzzjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)

Huma l-uffiċjali jew il-membri tal-persunal li għandhom, f’terminu raġonevoli, iressqu talba quddiem l-istituzzjoni intiża li jiksbu kumpens mingħand il‑Komunità għal dannu li jkun attribwibbli lilha, u dan mill-mument meta dawn ikunu saru jafu bis-sitwazzjoni li jilmentaw dwarha. In-natura raġonevoli tat-terminu għandha tiġi evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ u, b’mod partikolari, mill-importanza tal-kwistjoni għall-persuna interessata, mill-kumplessità tal-każ u mill-aġir tal-partijiet preżenti.

F’dan ir-rigward, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-punt ta’ paragun offrut mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fir-rigward ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, it-terminu ta’ ħames snin ma jistax jikkostitwixxi limitu riġidu u intanġibbli li jekk ma jinqabiżx, kull talba tkun ammissibbli jkunu xi jkunu ż-żminijiet meħuda mir-rikorrent sabiex iressaq it-talba tiegħu quddiem l‑amministrazzjoni u ċ-ċirkustanzi tal-każ.

(ara l-punti 19 sa 22)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza 5 ta’ Ottubru 2004, Eagle et vs Il‑Kummissjoni, T‑144/02, Ġabra p. II‑3381, punti 65 u 66

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku : 1 ta’ Frar 2007, Tsarnavas vs Il‑Kummissjoni, F‑125/05, ĠabraSP 2007 p. I-A-1-43, II-A-1-231, punti 76 u 77