Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fl-10 ta' Mejju 2012 - Lokman Emrek vs Vlado Sabranovic

(Kawża C-218/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lokman Emrek

Konvenut: Vlado Sabranovic

Domandi preliminari

Fil-każijiet fejn is-sit internet ta' imprenditur huwa "dirett" lejn l-Istat Membru tal-konsumatur, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001  jimplika, bħala kundizzjoni supplementari mhux miktuba, li l-konsumatur ikun ġie mħajjar jikkonkludi l-kuntratt permezz tas-sit internet tal-imprenditur u, għaldaqstant, li s-sit internet ikollu rabta kawżali mal-konklużjoni tal-kuntratt?

Jekk għandha teżisti rabta kawżali bejn l-attività li hija diretta lejn l-Istat Membru tal-konsumatur u l-konklużjoni tal-kuntratt, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 jeżiġi, barra minn hekk, li l-kuntratt ikun ġie konkluż mill-bogħod?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).