Rikors ippreżentat fid-9 ta' Marzu 2012 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-130/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-Repubblika Portugiża titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddijara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE , tal-25 ta' Awwissu 2009, li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta' Settembru 2010.

____________

1 - ĠU L 223, p. 31